Maria Branyas li kienet meqjusa bħala l-ixjeħ persuna fid-dinja, mietet fl-età ta’ 117-il sena f’Dar tal-Anzjani f’Katalunja, fi Spanja.
Maria Branyas twieldet fl-4 ta’ Marzu tal-1907 f’San Francisco, fl-Istat Uniti. Iżda minkejja li hi twieldet fl-Istat Uniti, il-familja tagħha kienu marru jgħixu fi Spanja meta hi kienet għadha żgħira.
Il-qraba ta’ Branyas qalu li hi mietet kif xtaqet hi; waqt li kienet rieqda, fil-paċi u mingħajr uġigħ.
Waqt it-tfulija tagħha, Branyas spiċċat ittarrxet minn widna waħda wara li waqgħet waqt li kienet qed tilgħab ma’ ħutha.
Fl-1931, Maria Branyas iżżewġet lil Joan Moret, tabib minn Katalunja.
Branyas irnexxielha tgħix tul il-Gwerra Ċivili Spanjola u fl-eqqel tal-iSpanish Flu. Dan filwaqt li għexet żewġ gwerer u anke l-pandemija tal-Covid.
Intant, l-ixjeħ persuna wara Branyas issa hi l-Ġappuniża Tomiko Itooka, li għandha 116-il sena.
//= $special ?>