Wara rapporti li l-MEP Alex Agius Saliba se jagħmel pass ‘il quddiem biex ikun Deputat Mexxej Laburista, issa ġie konfermat minnu stess permezz ta’ post fuq Facebook.
Iktar kmieni dan ix-xahar, id-delegati tal-Labour iddeċidew favur bidla fl-istatut biex b’hekk Membru Parlamentari jew MEP ikun jista’ jikkontesta għal tali kariga. Deċiżjoni li teħodhom lura għal passat u kien Abela nnifsu li neħħiha minn kif kienet. Dan għaliex kien l-Eks Mexxej Laburista li ħalla Deputat minn tiegħu jsir Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, ċioè Konrad Mizzi – b’Mizzi jkollu jitneħħa ftit tal-ġimgħat wara minħabba l-iskandlu tal-Panama Papers u minfloku kien qiegħed lill-Eks Ministru Chris Cardona.
Ta’ min wieħed ifakkar li Agius Saliba kellu u diżgwid qawwi ma’ Robert Abela dwar il-fatt li ħalla lil Joseph Muscat jirkiblu l-karru elettorali, tant li Abella lil Agius Saliba ma refagħlux siġġu fir-Rialtò fl-ewwel Mass Rally wara l-elezzjonijiet. Inevitabbilment ġie mistoqsi dwar kif se jkun qed jaħdem fil-qrib ma’ Abela – bl-MEP Laburista jisħaq li l-lealtà tiegħu hija lejn il-Mexxejja Laburista, inkluż Joseph Muscat.
Għaldaqstant Alex Agius Saliba, rinomat li ġej mill-klikka ta’ Joseph Muscat mistenni jibqa’ joħroġ għonqu għall-Eks Mexxej Laburista – b’Robert Abela jkollu joqgħod fejn iridu huma.
//= $special ?>
