Internazzjonali

Imutu mill-inqas 28 pellegrini Pakistani f’ħabta ta’ karozza tal-linja fl-Iran

Mill-inqas 28 pellegrin Pakistani mietu wara li karozza tal-linja daret fuqha nnifisha, u ħabtet.

Rapporti qed jindikaw li kien hemm mal-50 persuna fuq il-karozza tal-linja, u minn dawk li għadhom ħajjin, 23 spiċċaw feruti – sebgħa minnhom b’mod kritiku.

Il-pellegrini kienu qed jivvjaġġaw mil-provinċja ta’ Sindh fil-Pakistan sal-belt qaddisa tal-Iraq, Karbala, għal ċelebrazzjoni musulmana tas-Shia.

Huwa maħsub li l-ħabta seħħet minħabba li s-sistemà tal-brejkijiet kienet diffetuża.

Sfortunatament, l-Iran huwa magħruf għar-rekord ħażin tas-sigurtà tat-traffiku. Minħabba f’hekk, qed ikun hemm sforzi min-Nazzjonijiet Uniti biex isolvu din il-problema.