Sport

Ir-raba’ stadju tat-Tour ta’ Spanja

Primoz Roglic rebaħ ir-raba’ stadju tal-edizzjoni 2024 tat-Tour ta’ Spanja – La Vuelta li kien minn Plasencia sa Villuercas fuq medda ta’ 170.5 kilometri .

Fi stadju fil-muntanji, is-Sloven Primoz Roglic għal Red Bull Bora Hansgrohe rebaħ bi sprint f’4 sigħat 26 minuta 49 sekonda qabel Lennart Van Eetvelt tal-Belġju għal Lotto Dstny u l-Portugiż Joao Almeida għal UAE Team Emirates.

Fil-klassifika ġenerali, Primoz Roglic b’14-il siegħa 33 minuta 16-il sekonda fetaħ distakk ta’ tmien sekondi fuq Joao Almeida, filwaqt li fit-tielet post jinsab Enric Mas ta’ Spanja għal Movistar Team b’distakk ta’ 32 sekonda.

L-istadju li jmiss ta’ La Vuelta huwa fuq medda ta’ 177 kilometru minn Fuente del Maestre għal Sevilla.