Internazzjonali

Jennifer Lopez titlob għad-divorzju minn ma’ Ben Affleck wara sentejn miżżewġin

Wara sentejn biss miżżewġin Jennifer Lopez u Ben Affleck ħabbru li se jkunu qed jiddiforzjaw. Il-koppja ta’ fama mondjali mlaqqma mis-segwaċi tagħhom bħala ‘Bennifer’, kienu żżewġu f’Las Vegas f’Lulju 2022.

Skont rapporti internazzjonali jidher li kienet Jennifer Lopez li ppreżentat id-dokument tad-divorzju lill-Qorti Suprema ta’ Los Angelis.

Minkejja li żżewġu biss sentejn ilu, ir-relazzjoni ta’ bejn Lopez u Affleck tmur lura għas-sena 2003, meta ltaqgħu waqt li kienu qed jaħdmu fil-film ‘Gigli’, tant li l-pjan oriġinali kien li jiżżewġu dik is-sena stess però fil-bidu tas-sena 2004 kienu minflokk ħabbru li kienu temmew ir-relazzjoni tagħhom.

S’issa jidher li ma hemmx forma ta’ qbil finanzjarju hekk kif it-tnejn li huma għadhom iridu jiktbu legalment id-dħul finanzjarju tagħhom, l-assi u anke d-dejn, f’perjodu ta’ 60 jum.

Ben Affleck ta’ 52 sena li huwa rebbieħ ta’ żewġ oscars, kien miżżewweġ lil Jennifer Garner li kienet ukoll attriċi li ltaqa’ magħha waqt il-produzzjoni tal-film ‘Pearl Harbor’ fl-2001.

Minn naħa tagħha, Jenifer Lopez kienet miżżewġa tliet darbiet qabel ma żżewġet lil Affleck. L-ewwel raġel tagħha kien waiter minn Kuba, it-tieni raġel li żżewġet kien żeffien li kien jaħdem magħha, waqt li t-tielet raġel tagħha ken il-kanatant Marc Anthony li huwa wkoll missier it-tewmien tagħha.

Jenifer Lopeż magħrufa wkoll bħala J.Lo, li fi kliema stess minkejja s-suċċess internazzjonali tagħha fix-xena tad-divertiment, qatt ma tant kellha suċċess fl-imħabba, kienet ukoll għarusa lil Alex Rodriguez.