Futbol Sport

‘Kellna reazzjoni immedjata’ – Alessandro Zinnari, kowċ Ħamrun Spartans FC

(Ritratt: Joseph Galea)

‘Kienet logħba diffiċli forsi aktar milli stennejna. Il-logħbiet kollha ser ikunu hekk dan l-istaġun’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Alessandro Zinnari wara r-rebħa kontra St Patrick. Huwa kompla hekk: ‘Zabbar St Patrick kellhom logħba tajjeb fejn huwa tim organizzat fis-setturi kollha.  Aħna kellna pussess tajjeb iżda fallejna li wara li morna minn fuq nagħlqu l-logħba bit-tieni gowl. Batejna fis-set pieces peress li  huma l-ewwel laqtu l-lasta u ftit wara kisbu l-gowl tad-draw.  Iżda finalment il-players tagħna kienu konċentrati u r-reazzjoni tagħhom kienet waħda immedjata wara li sofrejna l-gowl.’

‘Għamilna żbalji li swewna l-logħba’

  • Joao Janeiro, kowċ Żabbar St Patrick FC

‘Kienet logħba stramba fejn nemmen li r-riżultat huwa wieħed inġust magħna’. Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Żabbar St Patrick Joao Janeiro wara t-telfa kontra Ħamrun Spartans. ‘Huma bdew tajjeb ħafna fl-ewwel taqsima fejn trid iżżomm f’moħħok li dawn diġà lagħbu sitt logħbiet kompetittivi u aħna xejn. Fil-fatt jekk ir-riżultat tal-ewwel taqsima huwa ġust, daqstant ieħor huwa inġust dak tat-tieni ħamsa u erbgħin minuta.  Iżda kienu l-iżbalji b’nuqqas ta’ esperjenza li swewna l-logħba. Dan ser ikun kampjonat diffiċli ħafna iżda l-objettiv tagħna huwa dak li nistabbilixxu tim tajjeb li kapaċi jilgħab kontra kull avversarju.’ temm jgħid il-kowċ ta’ Żabbar St Patrick.

KLASSIFIKAPTI
Ħamrun Spartans3
Sliema Wanderers3
Hibernians3
Gżira United3
Balzan1
Birkirkara1
Floriana1
Melita1
Naxxar Lions0
Marsaxlokk0
Żabbar St. Patricks0
Mosta0
L-AQWA SKORERSGOWLS
Maxuell Samurai (Birkirkara)3
Aldair Simanca (Melita)1
Jean Pierre Attard (Melita)1
Luke Montebello (Ħamrun Spartans)1
Mattia Veselji (Floriana)1
Nicholas Pulis (Balzan)1
Vito Plut (Sliema Wanderers)1
Andre’ (Melita)1
Jurgen Degabriele (Hibernians)1
Joseph Mbong (Ħamrun Spartans)1
Henri Stanic (Balzan)1
Serginho (Sliema Wanderers)1
Lecao (Gżira United)1
Carlo Zammit Londarelli (Floriana)1
Alex Bruno (Hibernians)1
Kyran Nwoko (Floriana)1
Caxambu (Naxxar Lions)1
Udoyen Akpan (Balzan)1
David Oliveira (Żabbar St. Patricks)1
Raphael Lopes (Ħamrun Spartans)1

LOGĦOB LI JMISS

Il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu, 2024

Stadium Nazzjonali

Naxxar Lions vs Mosta 6.00pm           

Birkirkara vs Zabbar SP 8.15pm           

Is-Sibt 24 ta’ Awwissu, 2024

Stadium Nazzjonali

Ħamrun Spartans vs Floriana 6.00pm           

Marsaxlokk vs Melita 6.00pm           

Il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, 2024

Tony Bezzina Stadium

Hibernians vs Gżira United 6.00pm     

Sliema Wanderers vs  Balzan 8.15pm           

NAZZJON TIM TAL-ĠIMGĦA

Goalkeeper: Marko Drobnjak (Marsaxlokk)

Difensuri: Alan Borg Olivier (Melita), Sven Xerri (Ħamrun S.), Djorde Jovicic (Żabbar SP)

Midfielders: Jan Busuttil (Balzan), Alex Bruno (Hibernians) Thiago Nascimento Dos Santos (Floriana), Steve Pisani (Sliema W.)

Attakkanti: Raphael Lopes SIlva (Ħamrun S.), Maxuell Maia (Birkirkara), David Oliveira (Żabbar SP).