Moska għadha kemm sfatt vittma tal-ikbar attakk ta’ drones Ukreni.
Dan kien ikkonfermat mill-Ministru tad-Difiża Russa li qal ukoll li rnexxilhom jeliminaw 45 drone Ukren, 11 fir-reġjun ta’ Moska stess, 23 fir-reġjun ta’ Bryansk, sitta fir-reġjun ta’ Belgorod, tlieta f’Kaluga u tnejn f’Kurks.
Minn naħa l-oħra, Kyv qal li l-forzi Ukreni rnexxielhom jeliminaw 50 mid-69 drone Russu, bil-militar Ukren jgħid li wieħed mid-drones daħal fl-Ukrajna mill-Belarus.
Dan kollu waqt li qed jiġi rrapurtat problemi kbar fit-telekomunikazzjoni fosthom fis-servizzi tat-Telegram u tal-WhatsApp, bis-servizz tal-moniteraġġ tat-telekomunikazzjoni ma jgħidx x’qed iwassal għal dan l-inkonvenjent.
Intant, il-Ministru tad-Difiża Russa qed tgħid ukoll li rnexxielha tieħu taħt il-kontroll tagħha l-belt Ukrena ta’ Zhelanne, fid-distrett ta’ Pokrovsk. Din il-belt kienet ilha taħt il-mira tar-Russi hekk kif din hija belt strateġika ħafna li se tikompromessa l-abbiltajiet tad-difiża Ukrena.
//= $special ?>