Internazzjonali

Aġġornata: Palermo jinstabu ħames katavri oħra

Wara tlett ijiem ta’ tfittxija nstabu żewġ persuni li kienu nieqsa wara li għerqet id-dgħajsa Bayesian fi Sqallija. S’issa l-awtoritajiet għadhom ma kkonfermawx is-sess jew l-età ta’ dawn iż-żewġ persuni.

Is-sitt persuni nieqsa kienu l-miljunarju Mike Lynch u t-tifla tiegħu Hannah Lynch ta’ 18-il sena, Jonathan Blomer, iċ-Chairman ta’ Morgan Stanley Bank Internationsal, il-mara tiegħu Judy Bloomer, Chris Morvillo u l-mara tiegħu Neda Morillo li hija diżinjatriċi tal-ġojjellerija.

It-tim ta’ salvataġġ jinkludi gwardi tal-kosta, pumpiera kif ukoll ‘Carabinieri’. Sfortunatament jidher li l-operazzjoni hija waħda diffiċli ferm hekk kif minkejja li ġiet allokata l-kabina, din hija mblukkata minn diversi għamara u materja oħra.

Huwa maħsub li d-dgħajsa għerqet wara li riħ qawwi qaleb id-dgħajsa fuq naħa waħda waqt li l-vittmi kienu reqdin fil-kabina t’isfel. L-Awtorità tal-Port fetħet ukoll investigazzjoni sabiex ikun magħruf jekk setgħux ittieħdu miżuri mill-ekwipaġġ sabiex ikunu salvati persuni oħra li kienu abbord id-dgħajsa.