Sport Waterpolo

Valera jispikka fir-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni għal Marsaxlokk

EXILES WELBEE’S…………… 11

MARSAXLOKK MFF………. 22

(2-3), (3-9), (2-4), (4-6)

Wara nuqqas ta’ sitt snin, Marsaxlokk MFF irritornaw jirbħu l-Ewwel Diviżjoni. Bl-aktar mod konvinċenti huma kienu l-aqwa tim fid-diviżjoni u aċċertaw mit-titlu bit-tieni rebħa fil-finali tal-play-off. Fran Valera kien il-protagonist b’għaxar gowls. Minkejja li ġew megħluba, Exiles Welbee’s xorta kellhom sena pożittiva bir-rebħ tal-Kampjonat tax-Xitwa u n-knock-out.

Id-differenza prinċipali seħħet fit-tieni sessjoni, b’Valera spikka meta skorja sitt gowls u għen biex Marsaxlokk ħadu vantaġġ ta’ 12-5. Il-logħba ħadet żvolta u Exiles ma kellhom l-ebda risposta, bix-Xlukkajri setgħu jikkontrollaw mingħajr problemi.

Id-distakk bejn it-timijiet wassal anki biex il-kowċ Sasa Misic serraħ lil Valera fl-aħħar perjodu tal-logħba. Fi tmiem il-logħba, il-captain ta’ Marsaxlokk Ryan Galea ġie ppreżentat bit-trofew mill-President tal-ASA Karl Izzo flimkien ma’ Ernest Agius, Uffiċjal tal-BOV.

Exiles: Z. Dzanovic, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef, D. Pace Lupi (1), M. Martellacci, N. Bonavia (1), D. Gogov (4), K. Griscti (2), N. Paris (1), K. Tanti (1), M. Fenech, N. Saliba (1), G. Galea Curmi, S. Cutajar Casha

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (1), A. Cook, A. Aquilina (3), T. Agius, J. Valletta (1), R. Spiteri (2), J. Pawley, R. Galea (2), J. Borg Tabone (2), F. Valera (10), R. Attard, A. Fava (1), S. Mifsud

Referees: Neville Mercieca, Andrea Zedda