Wara x-xhieda tiegħu fil-Qorti, l-Eks Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona spiċċa jattakka ġurnalist tal-MaltaToday, Matthew Agius u lill-ġurnalista tat-Times of Malta Edwina Brincat, billi insinwa li l-istess ġurnalisti giddbu, għawġu l-fatti u rrappurtaw b’malizzja dak kollu li ntqal fil-Qorti.
Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, l-Eks Ministru Chris Cardona ddikjara li hu kien iffirma l-Memorandum of Understanding mal-Vitals sempliċiment għaliex qalulhu jagħmel hekk – minħabba li kien responsabbli mill-Malta Enterprise. Bl-Eks Ministru jgħid li ra dan l-MOU darba biss – meta iffirmah. U sussegwentament meta saret l-investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali.
Dan kollu ħareġ hekk kif illum komplew il-proċeduri b’rabta mas-serqa tal-isptarijiet, u l-persuni kollha li hemm implikati f’din il-frodi ta’ miljuni ta’ ewro – proċeduri li ffukaw fuq il-ftehim inizjali iffirmat mal-Vitals fl-2014.
Min-naħa tiegħu, il-ġurnalist tal-MaltaToday insista li hu ma dawwar l-ebda fatti li ngħadu fil-Qorti, jew saħanisttra rrapporta b’malliżja. Agius irrimarka wkoll li kull rapport li ħareġ fil-media kien jgħid l-istess ħaġa.
Agius appella lil Cardona sabiex ma jippuntax subajgħ lejn il-ġurnalisti u jagħti x’jifhem li saret xi tip ta’ konfoffa kontra l-istess Cardona, għaliex dan kollu ġabu b’idejħ waħdu.
//= $special ?>