Lokali

Żewġ persuni l-isptar wara inċident f’Birżebbuġa

Żewġ nisa kellhom jiddaħħlu l-isptar b’urġenza wara inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6:15pm fi Triq Ħal Far, f’Birżebbuġa.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fil-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn Toyota Aygo X misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti s-Siġġiewi, u vann Ford Transit misjuq minn Grieg ta’ 22 sena residenti Wied il-Għajn. Passiġġiera fit-Toyota kien hemm ukoll mara ta’ 56 sena residenti l-Birgu.

Iż-żewġ nisa ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard, il-passiġġiera ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief filwaqt li l-oħra qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.