Futbol Sport

Jodi Jones magħżul bħala l-aqwa plejer ta’ League 2

Il-plejer internazzjonali Malti Jodi Jone kien magħżul bħala l-aqwa plejer ta’ League 2 tal-Ingilterra fil-PFA Awards li saru l-Erbgħa filagħxija.

Jone provda 24 assist fl-istaġun li għadda u kiser ir-rekord ta’ Kevin De Bruyne u Thierry Henry ta’ l-aktar plejer li provda assists fi staġun wieħed. Hu kien ukoll parti mit-tim tas-sena tal-istess diviżjoni fl-Ingilterra.

Bl-istaġun 2024/2025 għadu kemm beda Jones kompla fejn ħalla hekk kif diġa rnexxielu jipprovdi assist.