Lokali Sport

Kollox lest għal-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi 2024

Kollox lest għal-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi 2024 li jibda mit-28 ta’ Awwissu sat-8 ta’ Settembru . B’kollox huwa ttamat li jikkompetu madwar 4,400 atleta minn madwar id-dinja, fosthom Malta permezz ta’ Maja Theuma u Antonio Flores. 

Fil-programm ta’ Logħob hemm 22 sport f’diversi postijiet ikoniċi f’Pariġi, fosthom fit-Torri Eiffel, iċ-Chateau de Versailles u l-Grand Palais.

Għall-ewwel darba, iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob Paralimpiku se ssir barra minn stadium. L-atleti se jgħaddu minn Avenue des Champs-Elysees sa Place de la Concorde. 65,000 spettatur mistennija jaraw dan il-mument storiku, li jenfasizza l-impenn tal-belt ta’ Pariġi għall-aċċessibbiltà u l-inklussività.

Saru l-aħħar xogħlijiet fil-Villaġġ Paralimpiku, fejn f’dawn il-ġranet bdew jaslu l-ewwel paratleti minn 171 pajjiż li se jikkompetu f’dawn il-Logħob.

Il-ftuħ uffiċjali tal-Villaġġ sar fl-20 ta’ Awwissu.