Lokali

L-Awtorità tax-Xandir imponiet multa ta’ €4,660 fuq l-RTK għax ma stidnux lil Norman Lowell

L-istazzjon tar-radju RTK ħabbar li se jappella l-aħħar deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir, dan wara li l-Awtorità imponiet multa ta’ €4,660 wara li sabitihom ħatja li naqsu milli jirrispettaw l-imparzjalità fil-każ ta’ Norman Lowell.

Skont l-Awtorità, dan seħħ għaliex li l-Partit Imperium Europa u l-kelliema tiegħu ma ġewx mistidnin fuq il-programm ta’ diskussjoni ‘Andrew Azzopardi on RTK103’ matul il-kampanja elettorali.

Din il-multa ġiet wara multa oħra ta’ €6,410 li l-Awtorità imponiet f’Jannar li għadda, wara li Azzopardi qal fil-programm li mhux se jħalli lil Norman Lowell jidher fuq il-programm tiegħu.

Din id-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir qed tiġi kkontestata fil-Qorti.