Internazzjonali

“M’aħniex se nerġgħu lura” – Tim Walz jaċċetta n-nomina għal Viċi President

F’diskors b’saħħtu, Tim Walz aċċetta n-nominazzjoni għal Viċi President.

F’diskors li wassal waqt il-Konvenzjoni tad-Demokratiċi, Walz irrefera spiss għall-karriera modesta tiegħu – fejn ħadem xogħlijiet bħal dawk ta’ kowċ u għalliem.

Walz immotiva lill-udjenza billi qal li għad hemm ħafna xogħol xi jsir sabiex jirbħu l-elezzjoni ta’ Novembru.

Waqt din il-konvenzjoni tal-Partit Demokratiku f’Chicago, l-uċuħ ġodda ta’ Kamala Harris u Tim Walz irnexxielhom iqajmu l-Partit Demokratiku mill-ġdid. Minbarra dawn it-tnejn, figuri popolari oħra bħal Oprah Winfrey u l-Eks President tal-Istati Uniti Bill Clinton ukoll indirizzaw lil dawk preżenti.

Minkejja dan kollu, strateġisti tal-Partit qed jinkwetaw, għaliex id-distakk fl-istħarriġ huwa kważi insinifikanti. U malli l-momentum li għandhom bħalissa jispiċċa, ir-Repubblikani taħt Trump jistgħu jġibu l-vantaġġ lura.