Il-klijenti ta’ MeDirect Bank jistgħu jintegraw id-debit card tagħhom mal-Google Wallet tagħhom, u b’hekk għandhom l-opportunità li jibdew jużaw Google Pay biex jixtru online u anke fil-ħwienet permezz tal-ismartphone jew l-ismartwatch tagħhom.
Dan l-iżvilupp huwa l-ewwel pass biex id-digital wallets jigu offruti lill-klijenti kollha ta’ MeDirect. Digital wallets oħrajn ser jigu offruti lill-klijenti fil-ġimgħat li ġejjin.
MeDirect beda joffri s-servizzi tal-kards tiegħu ftit aktar minn sena ilu, u d-debit card tal-Mastercard hija offruta b’xejn. Il-klijenti jibbenefikaw minn numru ta’ facilitajiet, inkluz il-possibiltà li jaraw it-tranżazzjonijiet immedjatament fuq il-mobajl app tal-bank jew fuq il-pjattaforma bankarja online.
Barra minn hekk, is-servizz tad-debit cards huwa wkoll offrut fuq kontijiet ta’ muniti differenti. Il-klijenti jistgħu jużaw dawn il-kontijiet mingħajr ma jeħlu miżati addizzjonali tal-kambju, kif ukoll sistema avvanzata kontra l-frodi, li tiżgura kemm konvenjenza kif ukoll sigurtà lil-klijenti.
Pawel Malukiewicz, li hu l-Group Head – Channels and Customer Experience u Chief Product Officer ta’ MeDirect Group, qal: “Id-digital wallets huma konvenjenti u siguri, u joffrulek il-possibilità li tixtri online u fil-ħwienet mingħajr ma jkollok għalfejn tinkwieta li jkollok il-kard fiżika miegħek. Il-MeDirect ħass li hu importanti li joffri l-funzjonalità tad-digital wallets, hekk kif ra li l-klijenti qegħdin aktar u aktar juru interess li juzaw dan is-servizz. Il-MeDirect se jkompli jiżviluppa s-servizzi tal-kards biex jiżgura li jkompli jibni l-pożizzjoni tiegħu bħala l-bank preferut tal-klijenti Maltin.”
//= $special ?>