Wara ħamest ijiem, Dang Tien Lam – li kien intilef minn familtu – instab f’nofs foresta fil-Vjetnam meta bdiewa lokali semgħu biki ta’ tifel waqt li kienu qed iwettqu xi xogħol fl-għelieqi.
It-tifel instab qalb siġar u arbuxelli kważi sitt kilometri ‘l bogħod minn fejn kien intlemaħ l-aħħar waqt li kien qed jilgħab ma’ ħutu ħdejn xmara; qabel mar ħdejn l-għoljiet u ntilef.
Hu għex dawn il-ħamest ijiem billi kiel frott salvaġġ u weraq, u xorob ilma minn xmara.
Meta nstab, tant kemm kien dgħajjef li ma setax iqum waħdu.
Il-Pulizija qalu li l-fatt li kien għadu ħaj huwa miraklu żgħir.
//= $special ?>