Il-midfielder offensiv ta’ Paulo Dybala għażel li jibqa’ ma’ Roma minkejja offerta b’saħħitha mingħand Al-Qadsiah mill-Arabja Sawdija.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali Dybala qal lill-partitarji ta’ Roma li se jkun qed jarahom nhar il-Ħadd fl-Olimpico. Il-midja Taljana rrappurtat kif il-plejer kien diġa laħaq ftehim mal-klabb mill-Arabja Sawdija u kien sellem lill-plejers ta’ Roma biex iħalli l-klabb.
Dybala ssieħeb ma’ Roma żewġ staġuni ilu mingħand Juventus fejn kien strumentali fl-iskwadra ta’ Jose Mourinho u issa fl-iskwadra ta’ Daniele De Rossi
//= $special ?>