Iż-żagħżugħ Leon Farrugia qed jappella lill-pubbliku biex jgħinu fit-tfittixija tal-laptop tiegħu, wara li dan ġie rrapurtat misruq.
Farrugia li jaħdem bħala barman fil-Mosta FC Ground qal li l-Erbgħa filgħaxija waqt li kien qed inaddaf fil-bar, induna li l-basket tal-laptop tiegħu kien nieqes.
Fil-basket kien hemm il-laptop tiegħu li jinkludi it-teżi tal-Masters li ilu jaħdem fuqu għal numru ta’ snin, kif ukoll diversi ritratti personali u anke €120 fi flus kontanti.
Madanakollu, Leon Farrugia appella lin-nies sabiex il-laptop tiegħu jingħata lura mill-aktar fis possibli u jiġi rritornat fl-Għassa tal-Pulizija tal-Mosta.
Leon Farrugia ukoll wassal messaġġ lill-pubbliku biex ikunu umani, partikolarment dik il-persuna jew persuni li ħatfulu l-basket ghax jekk jinstab il-laptop ikun tfisser kollox għalih, għall-gradwazzjoni tiegħu.
Bosta kienu dawk il-persuni li minnufih bdew ixerdu l-kelma ta’ Farrugia fuq il-media soċjali bil-għan li l-ġejjieni ta’ dan iż-żagħżugħ ma jkunx affettwat minn mument ta’ dgħjufija ta’ persuna jew persuni li serqu l-basket ta’ Leon Farrugia.
//= $special ?>

