Internazzjonali

Il-qraba ta’ Elsie Dot Stancombe isellmu l-memorja ta’ binthom f’funeral f’Southport

Elsie Dot Stancombe, li kellha 7 snin, kienet waħda mit-tliet tfajliet li nqatlet b’attakk ta’ sikkina f’Southport, l-Ingilterra, waqt li kienet qed tattendi klassi taż-żfin, f’Lulju li għadda.

Il-funeral ta’ Elsie Dot Stancombe sar f’ċerimonja emozzjonali fejn il-familja tagħha sellmu lil binthom. Il-qrabat tagħha xtaqu li din l-ġurnata tkun magħrufa bħala ‘l-Jum Speċjali ta’ Elsie’ u anke tkun tifkira ta’ ħajjitha.

Waqt il-funeral, il-familja ta’ Elsie qalu li binthom kienet stupendi. Kellha l-abbiltà li ddawwal il-kamra u li kienet verament inkreddibli.

Preżenti ukoll, kien hemm l-għalliema ta’ Elsie u qalet li Elsie ħalliet tbissima fuq fomm kulħadd.

It-tebut ta’ Elsie nġieb b’karru taż-żwiemel, waqt in-nies li attendew kienu liebsin ħwejjeġ b’kuluri pastelli u jleqqu.

Matul il-funeral kien hemm grupp ta’ kor u kantanti jkantaw diski bħal Wind Beneath My Wings u Songbird ta’ Fleetwood Mac u fl-aħħar ukoll tkantat id-diska ta’ Taylor Swift Love Story. Id-diska ta’ Swift indaqqet hekk kif Elsie kienet entużjasta ta’ din l-ikona.

Il-komunità lokali ta’ Southport nġabret flimkien biex isellem il-memorja ta’ din it-tifla li ħalliet sens ta’ imħabba fuq kulħadd.

Intant, żagħżugħ ta’ 18-il sena qed jiġi akkużat bi qtil kaġun ta’ dan l-attakk.