Lejl ieħor fejn bosta residenti kellhom jibqgħu ibagħtu s-sħana għaliex il-provista tal-elettriku inqatgħet.
Fost dawk li esperjenzaw qtugħ tad-dawl kien hemm residenti f’Ħal Qormi, ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ u anke Ħad Dingli u z-zona tal-Imrieħel fost oħrajn – familji illi spjegaw ma’ Net News kif f’temp ta’ ġimgħa il-provvista nqatgħet iktar minn tliet darbiet. Dan filwaqt li residenti f’Marsaxlokk qalu li d-dawl inqata’ tmien darbiet f’10 t’ijiem.
Fl-aħħar jiem il-Gvern b’ħafna pompi ħabbar li l-impjant temporanju illi jaħdem bid-diesel ġie instalat u beda jaħdem ….biex suppost isolvi il-problema tal-qtugħ tad-dawl.
Madanakolla bosta kienu dawk illi ilmentaw fuq il-media soċjali li l-qtugħ fil-provista tal-elettriku qed jippersisti.. jgħid x’jgħid il-Gvern. U dan qed iwassal għal ħsarat kbar fl-appliances.
Minn naħa tagħha, l-Enemalta qalet li kien qed isiru xi xogħlijiet t’emerġenza fis-sistema tad-distribuzzjoni fiz-zona ta’ Triq l-Imdina fl-Imrieħel bil-għan li jitlestew l-interventi meħtieġa.
Dan il-qtugħ fil-provista tal-elettriku, seħħ ftit wara li l-Enemalta stess tefgħet filmat li bih spjegaw kif l-Enemalta se tkun qed tuża l-impjan temporanju b’kapaċita ta’ 60MW – impjant li jaħdem bi fuel illi jniġġes.
Liema filmat qala’ ħafna kritika … għax propju f’dak il-ħin kien hemm qtugħ fil-privista tal-elettriku. B’uħud jgħidu li imbasta nfaqna il-miljuni; xorta waħda ma solvejna l-ebda problema.
Intant, kien hemm oħrajn li b’mod dirett u bir-raġun ikkritakaw il-fatt li dan l-impjant jaħdem bid-diesel.
Persuna partikolari kitbet kif dan huwa magna tal-kanċer, b’oħrajn jgħidu li ma jistgħux jifhmu kif dan l-impjant qed jaħdem bl-istess mod kif kienu qed jaħdmu l-impjanti għexieren ta’ snin ilu.
Waqt li persuna oħra staqsiet għalfejn iċ-chairperson ma tax spjegazzjoni għalfejn dan huwa impjant mikri li huwa second hand? Bil-Gvern jispiċċa joħroġ il-miljuni minn flus il-poplu.
//= $special ?>