Fl-aħħar jiem rajna kif il-Gvern ta’ Robert Abela qed jikkunsidra li jwaqqa’ l-kuntratt li għandu ma’ kuntrattur li qed jaħdem fuq iċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid. Dan wara li l-Gvern Laburista ilu jwiegħed it-tlestija ta’ dan il-proġett għal snin sħaħ iżda s’issa għadu ma fetaħx il-bibien tiegħu għall-pazjenti.
Issa, ħafna qed jikkritikaw in-nuqqas ta’ serjetà fit-tmexxija Laburista tant li anke l-editur tat-Times of Malta ddedika s-sezzjoni ta’ Opinjoni għal din is-sitwazzjoni inkwetanti.
Il-kuntrattur jidher li naqas milli jilħaq madwar 17-il miri imposti fuqu fl-aħħar xhur, bil-Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa li qabel l-elezzjonijiet ta’ Ġunju marru fis-sit sabiex jinawguraw il-proġett, għalkemm sal-ġurnata tal-lum l-ebda persuna għadha ma rifset mill-bieb il-ġewwa biex tingħata l-kura.
Settur tas-saħħa li kompletament mhux jopera kif għandu jopera, bis-saga ta’ nuqqasijiet mill-Gvern Laburista lejn dan is-settur qed tibqa’ tippersisti.
Bit-Times tgħid li wara tal-Vitals, il-poplu għandu ħafna mistoqsijiet li għadhom ma ġewx imwieġba. Fost dawn il-fatt li dan il-proġett f’Raħal Ġdid ta’ €40 miljun huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u b’hekk kif dan kollu kif se jkun qed jaffetwa r-relazzjoni mal-Unjoni Ewropea quddiem id-dewmien ta’ snin sħaħ.
L-editorjal ifakkar li l-poplu għandu d-dritt ikun jaf kif qed jintefqu flushom stess filwaqt li dawn l-istess flus imorru għal servizz ta’ kwalità. Dan meta tikkunsidra l-kju ma jispiċċa qatt għal appuntament sempliċi, u pressjoni kbira fuq l-emerġenza.
Bl-editur jgħalaq billi jgħid li matul din is-saga ta’ disa’ snin intilef żmien prezzjuż minħabba l-inkompetenza fit-tmexxija ta’ Gvern Laburista. Ċentru tas-saħħa li għandu l-għan li jtaffi xi ftit jew wisq il-pressjoni li hemm fl-Isptar Mater Dei u f’ċentri tas-saħħa oħra.
//= $special ?>
