Lokali

Is-sigurtà tal-Misidjani għandha tkun prijorità – Il-Kunsill tal-Imsida jibgħat email lil Ministru Camilleri dwar l-Għassa

L-Għassa tal-Imsida

Il-Kunsilliera tal-Imsida jinsabu mħassba dwar is-sitwazzjoni tal-għassa tal-Pulizija fir-raħal tagħhom, dan hekk kif issa l-għassa ilha magħluqa għal diversi xhur. Il-Kunsilliera jinsabu infurmati wkoll li l-għassa mhux mistennija tinfetaħ malajr minħabba kumplikazzjonijiet li nqalgħu fil-proċess tar-rinnovar.

Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata minnufih il-Kunsill tal-Imsida ġimagħtejn ilu kiteb lill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri, u ta lill-Ministru erba’ proposti bil-għan li tinstab soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr.

Il-Kunsill lest joffri parti mill-binja biex isservi bħala għassa temporanja, biex b’hekk ir-resident ikun moqdi.

Il-Kunsill spjega wkoll li bħalissa qed jistennew it-tweġiba tal-Ministru sabiex il-Misidjani jkollhom għassa u serħan il-moħħ.