Futbol Sport

Jispikka l-konfront bejn Ħamrun Spartans u Floriana

Fit-tieni ġurnata tal-Kampjonat Premier, tispikka l-partita bejn Ħamrun Spartans u Floriana fejn Ħamrun għadhom ġejjin minn rebħa komda ta’ 3-1 fuq Żabbar St. Patrick, fejn għal din il-partita se jkunu wkoll mingħajr il-captain Steve Borg. Floriana minn naħa l-oħra, bidu negattiv għall-Kampjonat hekk kif kisbu biss punt fi draw ta’ 3-3 kontra Melita.

Jispikka wkoll fi tmiem il-ġimgħa id-derby bejn Naxxar Lions u Mosta. Iż-żewġ timijiet se jkunu qed ifittxu li jiksbu l-punti minn din il-partita hekk kif tilfu l-ewwel partita tagħhom kontra Hibernians u Sliema Wanderers rispettivament.

Hibernians jilagħbu kontra Gżira United, żewġ timijiet li bdew il-kampjonat b’rebħiet pożittivi kontra Naxxar Lions u Marsaxlokk.

Partita oħra interessanti tkun dik bejn Sliema Wanderers u Balzan. Sliema kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Mosta filwaqt li Balzan fl-ewwel partita tal-istaġun temmew fi draw drammatiku ta’ 3-3 kontra Birkirkara.

Is-Sibt filgħaxija, Marsxlokk se jkunu qed jittamaw li jwettqu reazzjoni mit-telfu kontra Gżira meta jilagħbu kontra Melita li minn naħa tagħhom se jkollhom il-moral għoli wara draw mhux mistenni kontra Floriana.

Birkirkara se jkunu qed jittamaw li jkomplu mal-bidu pożittiv tagħhom meta jilagħbu kontra Żabbar St. Patrick

360 Sports Malta Premier

Illum

Stadium Nazzjonali

Naxxar L. v Mosta 6.00pm

Birkirkara v Żabbar St. Patrick 8.15pm

Għada

Stadium Nazzjonali

Ħamrun S. v Floriana 6.00pm

M’Xlokk v Melita 8.15pm

Il-Ħadd

Tony Bezzina Stadium

Hibernians v Gżira U. 6.00pm

Sliema W. v Balzan 8.15pm