Lokali

L-IĠM tikkundanna l-kummenti ta’ Chris Cardona kontra r-rappurtaġġ tal-ġurnalisti

Fi stqarrija, l-IĠM kkundanna l-kummenti li saru mill-eks Ministru, Chris Cardona fejn ħareġ kontra r-rappurtaġġ tal-ġurnalisti fejn akkuża li dan b’mod malizzjuż u li dawru l-kliem li ntqal fil-Qorti.

L-Istitut qal li l-kummenti ta’ Cardona huma rresponsabbli hekk kif il-ġurnalisti kienu biss qed jagħmlu xogħolhom billi jirraportaw dak li ntqal fix-xhieda tiegħu.

L-IĠM wera solidarjetà mal-ġurnalisti tal-Qorti li għandhom l-għan li jinformaw lill-pubbliku b’dak li jiġri fuq ġewwa tal-Qorti.