Internazzjonali

Kamala Harris taċċetta n-nomina Presidenzjali mill-Partit Demokratiku

Kamala Harris ġiet aċċettata bħala l-unika nomina Demokratika għal President fl-aħħar lejl tal-konvenzjoni tal-partit demokratiku f’Chicago.

Waqt id-diskors tagħha Harris qed twiegħed li tmexxi “għall-Amerikani kollha” u li toħloq “ekonomija ta’ opportunitajiet” fid-diskors ewlieni tagħha. Waqt l-konvenzjoni ġew diskussi diversi temi ewlenin oħra li kienu jinkludu l-protezzjoni tad-dritt għall-abort, l-għaqda u l-aspirazzjoni tal-klassi tal-ħaddiema.

Harris sejjħet ukoll għal waqfien mill-ġlied f’Gaża, iżda ma indirizzatx direttament il-protesti li qed isiru barra l-konvenzjoni dwar l-appoġġ tal-Istati Uniti għall-Iżrael.

Id-Demokratiċi ilhom jirkbu fuq żieda qawwija ta’ entużjażmu minn meta Harris saret in-nomina tagħhom, iżda l-istħarriġ jissuġġerixxi li l-elezzjoni għadha ferm viċin hekk kif issa baqa’ biss 3 xhur oħra sakemm l-istati uniti jkollhom president ġdid.