Ftit jiem wara t-traġedja fejn għereq super yacht ‘il barra minn Palermo, l-vittmi kollha issa ġew identifikati; inkluż l-aħħar waħda li nstabet u li kienet Hannah Lynch, it-tifla tan-negozjant Mike Lynch li ukoll miet f’din it-traġedja.
Issa qed tinġabar l-evidenza għall-investigazzjoni, b’esperti qed jgħidu li probabbilment kien hemm xi livell ta’ żballji umani. Tant li l-ekwipaġġ qed jiġi akkużat li ma kienx attent biżżejjed.
Esperti identifikaw erba’ possibilitajiet kif id-dgħajsa possibbilment għerqet – bil-Kaptan Ed Geary qal li keels li jinġibdu lura għandhom rekord ta’ falliment. Żied li hemm problemi kbar mal-Aġenzija tal-Protezzjoni tal-Bajjiet – li l-kwalità u l-esperjenza tal-ħaddiema mhix għolja.
Intant, il-prosekuturi se jsejjħu konferenza għall-ġurnalisti għada filgħodu.
//= $special ?>