Wara tlett ijiem ta’ attivita fil-bejta, issa faqset għal kollox it-tieni bejta tal-fkieren li nstabet fl-1 ta’ Lulju 2024.

Din il-bejta oriġinarjament instabet f’Għajn Tuffieħa iżda kellha tiġi mmexxiha għar-Ramla tal-Mixquqa peress li kienet viċin wisq tal-baħar u f’riskju li tintilef.

Il-bejta ġiet skavata illum mill-Awtorita’ għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), Nature Trust Malta (NTM), u veterinarju kwalifikat sabiex issir evalwazzjoni tal-istat tagħha. Il-bejta kellha total ta’ 74 bajda, 60 faqqsu, u 25 minnhom kienu ghadhom ma’ harġux mill-bejta. Dan jimmarka l-ewwel okkażżjoni fejn faqset bejta li kellha tiġi mmexxiha. Sitt bejtiet oħra huma mistennijja fil-ġimgħat li ġejjin ta’ dan l-istaġun li fih inkisru ir-rekords.
Inħeġġu li jiġi eżerċitat grad ogħla ta’ prekawzjoni qrib il-bejtiet matul dan iż-żmien aktar sensittiv. Jekk il-pubbliku jkun preżenti waqt li qeda tfaqqas bejta, m’għandu jintuża l-ebda dwal, u l-istorbju għandu jinżamm kemm jista’ jkun baxx.
L-ERA tirringrazzja wkoll lill-pubbliku u lill-voluntiera għall-kooperazzjoni u l-isforzi tagħhom dan l-istaġun. L-ERA tappoġġja lil NTM biex twettaq salvataġġi u rijabilitazzjoni tal-annimali madwar il-gżejjer Maltin.
