F’kompetizzjoni ma’ kantanti ta’ talent mill-Ewropa, l-Asja u l-Kanada, The Voice Lab Malta – li hija skola internazzjonali tal-kant – irnexxielha toħroġ it-talenti eċċezzjonali tagħha bir-rebħ tal-24 Edizzjoni tal-konkors Musicland fil-Maċedonja.
Fil-qofol tal-kompetizzjoni, Bradley Debono rebaħ l-għola premju, il-GRAND PRIX, flimkien mas-somma ta’ elf ewro, bil-kanzunetti Bohemian Rhapsody u This Is The Moment.
Il-mistiedna speċjali KAREI, bl-interpretazzjoni unika tagħha ta’ Je Suis Malade kellha rispons fenomenali minn dawk preżenti
Chiara Luisa Magrin, tifla ta’ 11-il sena, kisbet l-ewwel post fil-kategorija tagħha, filwaqt li Lorisanne Refalo ta’ 22 sena wkoll kisbet l-ewwel post.
Il-grupp Point Blank kisbu pożizzjoni tajba wkoll, fejn daqqew flimkien ma’ orkestra filarmonika fil-gala night f’Bitola.
B’dawn il-kisbiet inkredibbli, The Voice Lab Malta qed tkompli tpoġġi Malta fuq il-mappa mużikali, u tippromwovi l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ artisti fuq pjattaformi internazzjonali.
//= $special ?>