Fi kliem is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino, Robert Abela qed jippremja lil min għamel dak li suppost huwa l-istazzjon tan-nies Super One 2.
Fuq Facebook, Piccinino qal illi Norma Saliba – li waqt li kienet tmexxi l-Kamra tal-Aħbarijiet, il-PBS instab ħati tliet darbiet li kiser id-drittijiet fundamentali tal-Partit Nazzjonalista – ftaħret li kienet mistiedna minn Robert Abela biex tikkontesta għal President tal-Partit Laburista.
Fi kliem is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Robert Abela qed jippremja lil min kiser id-drittijiet fundamentali tal-Oppożizzjoni. Qed jippremja lil min għamel l-istazzjon tal-poplu f’Super One 2. Qed jippremja lil min ġab il-PBS magna ta’ propoganda tiegħu personali.
//= $special ?>