Hemm xi aġenda moħbija fin-nofs?
Hekk staqsa l-ex kunsilier Laburista Desmond Zammit Marmara f’artiklu fis-sit newsbook, wara d-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir li timponi multa ta’ aktar minn €4,000 fuq l-istazzjon RTK wara li l-preżentatur Andrew Azzopardi sostna li ma jirdx jistieden lil Normann Lowell fuq il-programm tiegħu li jixxandar fuq l-istess stazzjon tar-radju. Dan minħabba l-veduti estremisti tal-istess Lowell, li jinċitaw sens ta’ razziżmu.
Desmond Zammit Marmara sostna li każ bħal dan m’għandux iseħħ f’pajjiż bħal Malta, filwaqt li faħħar lill-Professur Azzopardi talli fi kliemu żamm sod u ma ċedix, anke fl-isfond ta’ multi kbar.
“Għiduli f’liema pajjiż demokratiku Ewropew issib sitwazzjoni bħal din…fejn kellna is-Segretarju tal-Bord tal-Awtorità tax-Xandir ikun ex-Segretarju Ġenerali tal-Partit Imperium Ewropa li dwaru tkun qed tittieħed id-deċiżjoni tal-istess Awtorità fil-konfront tal-istazzjon tar-radju RTK” Bl-eks kunsillier Laburista jirreferi għal Adreano Spiteri, l-istess persuna li kienet involuta sew fil-Partit ta’ Norman Lowell matul is-snin li għaddew.
Zammit Marmara jemmen li l-istazzjon konċernat stieden diversi nies matul il-kampanja elettorali, dan sabiex dejjem ikun hemm aktar taħlit ta’ ideat u diskusjonijiet wiesa.
Hu fakkar ukoll li l-istazzjon RTK huwa parti mill-midja tal-Knisja Kattolika; l-istess Knisja li dejjem tisħaq favur il-paċi, l-ugwaljanza u l-imħabba.
B’hekk Zammit Marmara jemmen li l-istazzjon ma’ jista’ qatt jistieden persuna illi matul is-snin kemm il-darba attakka nies minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom u anke saħansitra attakka nies b’diżabilità.
Filwaqt li sostna li l-Awtorità tax-Xandir qed tagħmilha ta’ “mħallef, ġuri u eżekuzzjoni” staqsa jekk hemm xi aġenda moħbija fil-konfornt tal-istazzjon li jagħmel parti mill-midja tal-Knisja
//= $special ?>