Il-Kunsill Lokali tal-Imsida lest li joffri parti mill-binja tal-kunsill bil-għan li sservi bħala għassa tal-Pulizija b’mod temporanju.
Dan ħabbru l-Kunsill tal-Imsida hekk kif ir-raħal tal-Imsida ilu xhur sħaħ bl-għassa tal-Pulizija magħluqa …fejn ġie spjegat li din l-għassa mhux mistennija tinfetaħ fi żmien qasir, kawża ta’ kumplikazzjonijiet li feġġew fil-proċess ta’ rinnovar.
Il-kunsillieri Nazzjonalisti spjegaw li jinsabu ferm inkwetati bis-sitwazzjoni preżenti u saħqu li is-sigurtà tal-Misidjani għandha tkun prijorità.
Aktar kmieni dan ix-xahar is-Sindku tal-Lokalità, Charles Selvaggi, kiteb ittra lill-Ministru responsabbli, Byron Camilleri fejn preżentalu erba’ proposti: dawn huma li tiġi mikrija l-għassa tal-Pulizija l-qadima fi Triq Rue d’Argens, li jkun hemm għassa temporanja fil-binja l-ġdida tal-housing, għassa temporanja fiċ-ċentru tar-raħal bħalma seħħ fil-lokalità tal-Ħamrun, jew proprju f’parti mill-binja tal-Kunsill Lokali tal-Imsida.
//= $special ?>