Lokali

Norma Saliba se tikkontesta għal kariga ta’ President tal-Labour

L-eks Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS saħqet li qed tilqa’ t-talba ta’ Robert Abela

Norma Saliba se tikkontesta għal kariga ta’ President tal-Partit Laburista.

Dan ħabbritu l-istess eks Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet tax-Xandir Pubbliku permezz ta’ post fuq Facebook hekk kif spjegat li wara ħafna ħsieb iddeċidiet li tilqa’ l-istedina li għamlilha l-istess Prim Ministru Robert Abela.

Dan kollu wara li Ramona Attard ħabbret li mhux se tibqa’ President tal-Partit Laburista.

Wara li xeħet in-nomina l-eks Sindku tal-Imsida Alex Sciberras issa xeħtet isimha għall-elezzjonijiet interni tal-Labour l-istess Saliba, li illum għandha l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, hekk kif fi kliemha saħansitra ħeġġewha l-Ministru Ian Borg, li qed jikkontesta għal kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Labour għall-Affarijiet tal-Parlament kif ukoll l-MEP Alex Agius Saliba li qed jikkontesta għal kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Labour għall-Affarijiet tal-Partit.

Hija insistiet li se tkun qed tagħmel minn kollox biex il-Partit tal-Labour jibqa’ l-akbar forza politika fil-pajjiż.