“L-ankoraġġ, jiġifieri l-proċess ta’ meta jintefgħu l-ankri minn fuq id-dgħajjes għal ġol-baħar, hija waħda mill-ikbar problemi li għandna f’pajjiżna.”
Hekk sostna l-Professur, Alan Deidun b’referenza għal dan il-proċess f’Kemmuna, fejn talab biex isir proċess kif isir barra minn Malta.
Dan qalu quddiem il-fatt li l-impatt tal-ankoraġġ jagħmel differenza kbira jekk issirx f’zona tar-ramel jew f’zona fejn hemm l-alka. Hekk kif dan il-proċess smili tal proċess meta jinqatgħu s-siġar mill-art, isarraf f’dannu kbir għall-ambjent.

Huwa għalhekk, kompla jispjega Deidun, li qed naraw ukoll nuqqas kbir ta’ ħut fil-baħar Malti.
Kien hawn fejn Deidun qal li jeħtieġ li jkun hemm moniteraġġ.

Net News staqsa wkoll lill-Professur Deidun dwar il-problema tal-iskart eċċessiv li qed jitħalla fosthom tal- qoxra tal-ananas kemm fil-bajja kif ukoll fil-baħar stess.
U dan hekk kif qed iwassal għal reklam ħażin lejn pajjiżna.
//= $special ?>