Fl-aħħar sigħat intlemħu diversi splużjonijiet fuq il-fruntiera tal-Libanu, bil-grupp Hezbollah jispara ‘l fuq minn 320 rocket lejn l-Iżrael.
Skont il-Forzi tad-Difiża Iżraeljani jidher illi ġiet identifikata preparazzjoni estensiva sabiex il-Hezbollah jattakk liċ-ċivili ta’ Iżrael. Bl-Iżraeljani jistqarru li użaw l-inteliġenza sabiex jiġu magħrfa bl-attakki pjanati, u li issa qed jgħelbu t-theddid fin-Nofsinhar tal-Libanu.
Fid-dawl ta’ dan kollu l-Israel iddikjarat 48 siegħa stat ta’ emerġenza.
L-Iżrael spjega illi intużaw 100 jet minn naħa tagħhom, b’40 mira jiġu milquta mill-Iżrael fin-Nofsinhar tal-Libanu. Bil-forzi Iżraeljani jistqarru illi l-maġġoranza tal-eluf ta’ rockets illi huma mmirati li jiġu sparati lejn l-Iżrael kienu mmirati lejn iċ-ċentru u t-Tramuntana tal-Iżrael.
Intant, jidher illi l-President tal-Istati Uniti Joe Biden ordna lill-uffiċjali militari Amerikani sabiex jibqgħu f’kuntatt viċin tal-Iżrael fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni.
//= $special ?>