Internazzjonali

ll-Brażil: In-nirien qalb foresta javviċinaw lill-komunitajiet ta’ São Paulo

Il-Gvern fl-istat ta’ São Paulo waqqaf kabinett speċjali biex jindirizza l-emerġenza tan-nirien qalb foresta li kienu qed javviċinaw lill-komunitajiet residenzjali mal-madwar. Din il-kriżi li qed tfisser sitwazzjoni ta’ allert akut għal xejn anqas minn 30 belt fil-Brażil.

Mietu diġà numru mhux ikkonfermat ta’ nies qalb in-nirien, bid-dħaħen qed iħarbtu t-traffiku f’tal-anqas għaxar ‘highways’ prinċipali tal-Istat. Dan meta l-kapitali, São Paulo spiċċat taħt il-koperta ta’ sħaba griża u enormi magħmula mill-konċentrazzjoni tad-dħaħen.

F’din is-sitwazzjoni hemm anki l-potenzjal tal-irwiefen ġodda li jkomplu jiċċirkulaw il-fjammi eqreb taz-zoni residenzjali.

It-temperaturi għoljin u l-livelli baxxi tal-umdità qegħdin jixprunaw il-kundizzjonijiet ideali għal dawn in-nirien perikolużi qalb territorju aħrax – u meta r-residenti f’São Paulo u Stati oħrajn fil-Brażil ilhom ibatu minn perjodu twil ta’ nixfa.

Fl-aħħar jiem fil-Brażil inqalgħu anki n-nirien kbar qalb iz-zona tal-‘wetlands’ ta’ Pantanal waqt li – f’sitwazzjoni għal kollox differenti – l-Istat ta’ Rio Grande do Sul kellu jġarrab inċidenzi ta’ għargħar qawwi,