It-tim nazzjonali Malti tal-hockey temm il-logħob ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro Hockey Diviżjoni B bl-aqwa mod possibbli wara li għeleb lil Lussemburgu 4-0 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.
Wara żewġ telfiet xi ftit iebsin kontra l-Irlanda u l-Italja, il-Maltin immexxija mill-kowċ Chris Attard kienu determinati li jagħlqu din il-kompetizzjoni b’mod pożittiv u fil-fatt irnexxielhom.
Protagonista għall-Maltin kien Thomas Degiovanni li skorja tripletta b’Julian Bajada iżid ieħor ftit tal-ħin wara.
B’hekk il-Maltin temmew din il-kompetizzjoni li ntlagħbet fil-belt Irlandiża ta’ Dublin fis-seba’ post.
//= $special ?>