Andrew Tate rrakkomanda li jinxtara passaport Malti fuq dehra riċenti ta’ podcast qabel l-arrest tiegħu l-ġimgħa li għaddiet.
Huwa qal li ma tistax tmur kompletament barra mill-grid ta’ pajjiż, iżda għandek tipprova tkun fuq kemm jista’ jkun grids’ sabiex ikun aktar diffiċli għalik li tkun ikkontrollat minn gvern wieħed.
Emory Andrew Tate huwa influencer tal-midja soċjali u eks kickboxer. Tate twieled fl-Istati Uniti iżda aktar tard mar jgħix ir-Renju Unit meta kellu biss erba’ snin.
Huwa wkoll il-fundatur ta’ ‘hustler Unversity’, “akkademja” online fejn il-membri jħallsu miżata ta’ sħubija ta’ kull xahar bi skambju għal parir dwar kif jagħmlu dħul passiv minn diversi industriji online.
Bħalissa l-influencer kontroversjali Andrew Tate qed jinżamm taħt arrest preventiv bħala parti minn investigazzjoni dwar allegazzjonijiet ġodda kontrih.
Andrew Tate kien diġà qed jistenna proċess fuq stupru u t-traffikar tal-bnedmin, iżda potenzjalment issa jista’ jaffaċċja akkużi addizzjonali ta’ sess, ma’ traffikar ta’ persuni taħt l-età kif ukoll ħasil ta’ flus u tentattiv biex jinfluwenza lix-xhieda.
//= $special ?>