Suċċess ieħor internazzjonali għall-atletika lokali waqt il-Kampjonati tad-Dinja Masters li qed isiru f’Gothenburg fl-Iżvezja meta fil-finali tan-nofs maratona fi Slottsskogen City Park, Charlton Debono rebaħ il-midalja tal-bronż fil-kategorija tal-40 sena.
B’kollox 528 atleta fin-nofs maratona mirbuħa minn Mustafa Mohamed tal-Iżvezja f’siegħa 6 minuti u 45 sekonda. Charlton Debono fil-kategorija 40 sena għamel l-aħjar ħin tal-istaġun b’siegħa 9 minuti 41 sekonda fejn temm wara Rafiq Arouaoui tal-Alġerija b’siegħa 9 minuti 23 sekonda, u Jesper Fourschou tad-Danimarka b’siegħa 9 minuti 28 sekonda.
Fil-klassifika ġenerali, Charlton Debono saħansitra temm fl-għaxar post fost 528 atleta. Aktar qabel f’dawn il-kampjonati Debono kien kiseb il-midalja tal-fidda fil-finali tal-10,000 metru wara li Rachid Chouhal kien kiseb il-midalja tal-bronz fil-longjump.
//= $special ?>