Skont ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol, fl-ewwel sitt xhur tas-sena seħħew erba’ fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol. Tnejn mietu fil-qasam tal-kostruzzjoni u t-tnejn l-oħra f’postijiet oħrajn. Dan kien ifisser tlieta aktar mill-istess perjodu s-sena l-oħra.
Fl-ewwel nofs tas-sena 2024, kienu rrappurtati 1,085 aċċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol.
L-akbar għadd taʼ dawn l-aċċidenti ġraw fil-qasam tal-manifattura. Il-qasam tal-kostruzzjoni kellu 143. Dan kien segwit mill-attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali. Kważi terz taʼ dawk involuti kienu neqsin mix-xogħol għal tlett ijiem jew inqas, filwaqt li dawk li kienu neqsin mix-xogħol għal 21 jum.
L-NSO qal li l-inċidenti mhux fatali żdiedu bi 23 jew b’0.1% fuq l-istess sitt xhur tas-sena l-oħra, u kważi terżi tal-korrimenti fuq ix-xogħol kienu jaffettwaw id-dahar, inkluż is-sinsla tad-dahar.
//= $special ?>