Rapporti minn Iżrael ikkonfermaw li l-pajjiż laqat it-territorju fin-nofsinhar tal-Libanu. Dan sabiex iwaqqfu attakk kbir minn drones u rockets sparati mill-grupp militanti Heżbollah.
Skont il-militar ta’ Iżrael, ajruplani Iżreali laqtu eluf ta’ rocket launchers tal-grupp terroristiku, li qal li tliet suldati nqatlu fl-attakk.
Minkejja dan, il-grupp Heżbollah qal li rnexxielu jispara 320 rocket u drone lejn Iżrael, bħala ritaljazzjoni għall-qtil ta’ kmandant. Rapporti jindikaw li suldat Iżreal miet fl-istess attakk.
Intant, l-Istati Uniti qalu li qed jagħmlu li jistgħu biex iwaqqfu l-possibbiltà ta’ gwerra madwar il-Lvant Nofsani, fejn kważi kien hemm attakki kuljum tul il-fruntiera bejn Iżrael u l-Libanu.
//= $special ?>