Internazzjonali Saħħa

GAZA: Tħassib kbir minħabba kontaminazzjoni tad-drenaġġ

L-ilma fil-bajjiet ta’ Gaza beda jinbidel għal lewn kannella, hekk kif esperti tas-saħħa qed joħorġu twissijiet urġenti dwar il-periklu ta’ mard li d-drenaġġ qed joħloq.

Ritratti minn satelliti juru zona enormi ta’ skart u drenaġġ fil-baħar, ħdejn Deir al-Balah.

Skont uffiċali lokali, il-problema ġejja mill-ammont kbir ta’ nies li kellhom jitilqu mid-dar tagħhom kaġun tal-gwerra. Apparti minn hekk, is-sistema tad-drenaaġġ spiċċat tħalltet ma’ dik tax-xita u mal-ammont kbir ta’ skart li hemm kull fejn tħares.

Qed jingħad ukoll li l-iskart u d-drenaġġ qed jintrema dritt lejn il-baħar.

Sa issa, għadu mhux ċar jekk l-ammont ta’ tniġġis kostali qed jikber. Dan għaliex ritratti aktar riċenti mhumiex aċċessibbli.

Rapport min-Nazzjonijiet Uniti kkonkluda li l-attakki Iżreali kontinwi sfrattaw kompletament dawn is-sistemi tal-ilma u d-drenaġġ fil-Medda ta’ Gaza.