Matul din il-ġimgħa l-gżejjer Maltin mistennija jintlaqtu minn dik li possibbilment se tkun l-ewwel maltampata għal dan is-sajf. Dan hekk kif it-temp se jaqleb sew fil-ġranet ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis – għalkemm is-sħana se tippersisti.
Skont dak li qed ikun imbassar, nhar l-Erbgħa hemm 45% ċans li tagħmel xita. Diversi siti qed jirrappurtaw li se jolqtuna maltempati bir-ragħad.
Imbagħad il-Ħamis, ukoll hemm rapporti ta’ xita iżolata. Dakinhar, ir-riħ se jnaqqas sew mis-saħħa tiegħu.
It-temperaturi se jibqgħu fl-istess livelli ta’ dawn il-ġranet, bl-inqas matul il-lejl tinżel 25 grad.
//= $special ?>