Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea jaqbel li ssir inkjesta indipendenti b’rabta mal-omiċidju ta’ Nicolette Ghirxi.
Dan hekk kif ġimgħa wara l-appelli tal-familja ta’ Ghirxi sabiex il-Gvern jaħtar inkjesta indipendenti bħalma seħħ fil-każ tal-qtil ta’ Bernice Cassar lura fl-2022 – inkjesta li sabet li l-istat falla lil din il-mara – il-Gvern ta’ Robert Abela għadu ma semgħax mill-appelli.
S’issa, b’rabta mal-omiċidju ta’ Nicolette Ghirxi hemm biss investigazzjoni mill-Bord tal-Pulizija u mhux investigazzjoni u inkjesta indipendenti kif mitluba mill-familja; kif insista kemm-il darba wkoll il-Partit Nazzjonalista.
Mistoqsi dwar inkjesta indipendenti serja, id-Deputat Laburista Agius Galea insista li huwa jaqbel li din issir sabiex toħroġ il-verità kollha.
Intant mistoqsi dwar min se jkun qed jerfa’ responsabbiltà politika b’rabta ma’ dawn l-iskandli kollha li qed ifeġġu mill-istess Ministeru – huwa ħareġ għonqu għal sieħbu, il-Ministru Byron Camilleri, u stqarr li dawn huma sfidi li minn perjodu għall-ieħor iqumu.
//= $special ?>