Ġranet qabel jibda l-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi 2024, il-fjamma Paralimpika f’xita kontinwa nxtegħlet ħdejn l-isptar ta’ Stoke Mandeville, f’Buckinghamshire, qrib Londra, fejn twieldet l-idea tal-kompetizzjoni qabel mal-Logħob Paralimpiku mill-1960 sar jagħmel parti mill-programm Olimpiku.
Tony Estanguet, President tal-kumitat organizzattiv ta’ Pariġi 2024, li rċieva l-fjamma qabel ma bdiet il-vjaġġ tagħha lejn Franza, ikkummenta li wara din il-fjamma, hemm messaġġ qawwi ta’ paċi.
Preżenti għall-istess ċerimonja Andrew Parsons, President tal-Logħob Paralimpiku Internazzjonali kif ukoll Nick Webborn, President tal-Kumitat Paralimpiċi tar-Renju Unit.
Il-Fjamma Paralimpika tas-sbatax-il Logħob Paralimpiku fl-istorja nxtegħlet minn Helene Raynsford, li daħlet fl-istorja meta rebħet l-ewwel midalja tad-deheb Paralimpika tal-Gran Britannja fil-qdif f’Beijing 2008, u Gregor Ewan, tliet darbiet champion Paralimpiku tal-curling f’Sochi 2014, PyeongChang 2018 u Beijing 2022.
Wara li nxtegħlet fi Stoke Mandeville, il-fjamma ttieħdet lejn Folkestone, l-aħħar belt Ingliża qabel ma qasmet il-kanal Ingliż. Minn hemm 24 persuna ġarrew it-torċa fl-Ingilterra fejn ingħaqdu ma’ 24 persuna minn Franza f’nofs il-mina li tgħaqqad iż-żewġ pajjiżi.
Wara li ħarġet mill-mina f’Calais, il-fjamma għaddiet minn 12-il belt madwar Franza fejn waslet f’Pariġi għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ f’Champs Elysses, fit-28 ta’ Awwissu.
//= $special ?>