Lokali

Messaġġi ta’ appoġġ għal Jake Vella

Storja ta’ qsim il-qalb. Storja ta’ ispirazzjoni ta’ tfajjel li minkejja d-diffikultajiet kollha dejjem baqa’ jissielet u jkun ta’ kuraġġ għal dawk kollha li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli.

Jake Vella – sinonimu mal-isport u l-eżerċizju fiżiku – bħal issa jinsab l-isptar fl-ITU jissielet sal-aħħar hekk kif il-qadgħa tiegħu mhix daqsekk tajba.

F’post fuq il-midja soċjali, sar appell biex in-nies jingħaqdu f’talb għal dan it-tfajjel li bħalissa għaddej minn żmien diffiċli ferm.

Jake Vella, li hu minn Birżebbuġa, matul is-snin kien ta ispirazzjoni għal eluf ta’ nies.

F’Mejju li għadda Jake kiser rekord nazzjonali tal-iżgħar persuna li qatt għam 100km f’pixxina. U minkejja il-kundizzjoni rari ta’ Jake … hu qatt ma qata’ qalbu u baqa’ dejjem sejjer bl-eżerċizzju u l-attività sportiva li hu magħruf għaliha.

Jake ħa sehem f’bosta maratoni flimkien ma missieru, b’ħafna minn dawn il-maratoni jsir fihom ġbir ta’ fondi li jmur b’risq kawża ġusta – speċjalment fejn jidħol mard serju.

Mill-aspett sportiv Jake Vella huwa magħruf bħala ikona li dejjem għożż l-attività sportiva, u kemm il-darba sostna li l-attività fiżika kienet dik li żammietu għaddej matul dawn is-snin diffiċli.

Dawn viċin il-familja Vella sostnew ma’ Net News kemm bħalissa hemm bżonn it-talb għal Jake… u għall-familja kollha f’dan iż-żmien tant diffiċli.