Premju internazzjonali ieħor għal proġett Malti fejn il-proġett ta’ The Brewhouse u Trident Park ingħataw l-International Architecture Award għas-sena 2024, l-eqdem u l-iżjed premju prestiġjuż globalment li jonora proġetti ta’ binjiet ġodda jew bini b’disinn impressjonanti.
Dan il-premju ngħata minn The Chicago Athenaeum: Museum of Architecture and Design u The European Centre for Architecture, Art, Design and Urban Studies. Il-proġett iddaħħal fil-Kategorija ‘Mixed Use’.
Aktar impressjonanti huwa l-fatt li l-mużew irċieva l-akbar numru ta’ proġetti ta’ binjiet ġodda, arkitettura fuq barra, u ppjanar urban mill-akbar kumpaniji globali.
Il-proġett se jkun inkluż f’wirja speċjali msemmija “The City and the World” fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Ispazju
Kontemporanju ta’ Ateni f’Settembru. Il-gala jinfetaħ uffiċjalment is-Sibt 21 ta’ Settembru.
Michael Farrugia, li għandu diversi rwoli għoljin f’Farsons u Trident Estates, qal b’entużjażmu kbir li għalihom huwa unur kbir li ġew rikonoxxuti għall-proġetti ta’ żvilupp tagħhom madwar id-dinja.
Dan il-proġett ta’ aktar minn €80 miljun ttransforma waħda mill-iżjed binjiet industrijali f’kampus ta’ uffiċċji bi spazji ħodor. S’issa, il-proġett tal-Birrerija Farsons kiseb aktar minn 10 premjijiet nazzjonali u internazzjonali minn meta kien inawgurat f’Ġunju 2023.
//= $special ?>