Lokali

Raġel ta’ 79 jittieħed l-isptar wara ħabta fil-Qawra

Sewwieq ta’ karozza kellu jittieħed l-isptar wara inċident li seħħ għall-ħabta tas-2pm fil-Qawra – fit-Triq il-Qawra.

Fil-ħabta kienu nvoluti, raġel ta’ 79 minn San Pawl il-Baħar li kien qed isuq Toyota Passo u raġel ta 53, wkoll minn San Pawl il-Baħar li kien qed isuq Toyota Coaster.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel ta’ 79 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, filwaqt li r-raġel ta’ 53 ma sofra l-ebda ġrieħi u ma ttiħidx l-isptar.

Fit-Toyota Coaster kien hemm ukoll xi nisa però lanqas dawn ma weġġugħu u ħadd minnhom ma mar l-isptar.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq ta’ 79 għadha mhix magħrufa.

L-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.