Meta ninsabu sigħat bogħod miċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob Paralimpiku – Pariġi 2024, il-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali kkonferma li 88 atleta mir-Russja se jikkompetu f’Pariġi 2024 bħala atleti newtrali, mingħajr bandiera jew sinjal ieħor li juru minn fejn huma. Minbarra dawn it-88 kompetitur Russu, se jkunu qed jieħdu sehem ukoll tmien atleti mill-Belarus.
Il-federazzjonijiet tar-Russja u l-Belarus huma t-tnejn sospiżi wara l-invażjoni tal-Ukrajna fi Frar 2022 iżda l-kompetituri tagħhom jitħallew jikkompetu bħala newtrali sakemm ma juru l-ebda appoġġ għall-gwerra.
L-aħħar dettalji loġistici ngħataw minn Lambis Konstantinidis, Direttur Eżekuttiv tal-Ippjanar u l-Koordinazzjoni Pariġi 2024.
Preżenti wkoll għal-laqgħa mal-media internazzjonali, kien hemm Craig Spence, Kap tal-Brand u Uffiċjal tal-Komunikazzjoni tal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali .
//= $special ?>