Internazzjonali

Attakk iħalli ħames vittmi, fosthom żewġt itfal

Attakk bl-arju fuq il-kamp tar-refuġjati fix-Xatt tal-Punent ħalla tal-anqas ħamsa mejta, fosthom żewġt itfal.

Fl-aħħar jiem kien hemm żieda fl-attakki f’din iz-zona tal-Lvant Nofsani minn mindu bdiet il-gwerra f’Gaza, wara l-attakki fatali tal-Hamas fis-7 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra – b’total ta’ 607 Palestinjan jinqatlu fix-Xatt tal-Punent.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Palestinjana, Wafa, irrappurtat li kien hemm attakk it-Tnejn filgħaxija fejn instemgħu erba’ splużjonijiet qawwija fil-kamp tar-refuġjati, Nur Shams.

L-armata Iżraeljana daħlet fil-villaġġ biex tipprovdi protezzjoni għan-nies tagħha waqt li tefgħu l-gass tad-dmugħ lejn ir-residenti. Ħames persuni nqatlu – wieħed minnhom Jibril Jibril, membru tal-Hamas li kien ġie rrilaxxat mil-ħabs wara ftehim biex jinħelsu ostaġġi Iżraeljani.